Dil-Mewġa Trid Tobromna.
Dil-mewġa trid tobromna u
mbagħad titfagħna
Fejn għad nitagħllmu nsawwtu
lilna nfusna
F’infern sabiex nitgħallmu
kemm nifilħu
Mingħajr ma nċedu fraka
għas- sens tal-ħajja.
L-oħrajn idoqqu baqgħu landi
vojta
U miegħi tgħaddi wieqfa
labranzetta
Min-nofs tas-swali kbar
illuminati
Bil-linef tat-taħwid u
l-arroganza
Bir-rifletturi jnaqqxu l-injoranza,
Imwieżna b’kannizzata ta’
wiċċ b’ieħor
Fejn id-distanzi l-għadhom
jifirduna
Jizdiedu ta’ kuljum fost
dawk preżenti.
Inti titbissem it-tbissima
bierda,
Bħax-xemx li ma ssaħħanx
f’nofs ta’ nhar xitwi,
Tissemma fil-battal
bis-sabar kollu
Bla ħeġġa biex ma tmurx
iż-żlieġa tobrox
Li żżomm unita d-dinjita’
prekarja.
Alfred Grech
06/09/2018
No comments:
Post a Comment