154.
Dik kienet piuttura sabiħa.
Aktar
Xejn ħlief duħħan, xintilli
minn tal-kwiekeb
Is-seħer mhux ħlief li jidwi
l-għana tiegħu
U żfint xħin tlajt fuq palk
għall-ewwel darba
Imbagħad tiftakar
tibqa’ mqar għal għomrok
Tilqima mnaqqxa leħħa
tixgħel kewkba
Ta’ ragħda illi tidwi tibqa’
għal dejjem.
Kont tgħid l-eternita’ f’għajnejk
tpetpita
Biex sibtni ’l-fuq mis-sħab
intir u nogħola
U xħin is-seħer jitlaq ninżel
l-isfel
U nibda’ ngħix mill-ġdid
man-nies tad-dinja
Il-lewn tal-wiċċ fi tlugħ
ix-xemx u nżulha
F’imħabba li tmur ’l-hemm
minn xfar ix-xefaq
Miżien li jrid jinżamm
fir-radda tiegħu.
Alfred Grech
03/07/2020
No comments:
Post a Comment