Taħt L-Art.
Jien nista’ nqatta’ xitwa
kwarantina,
U tibda tara l-ħolm xħin
fiss f’għajnejja
Tħares. Jien nibqa’ ngħid li
nħobbok bl-għama
U nerġa’ nqum mill-mewt f’nofs
ir-rebbiegħa.
Int tibqa’ bħalhom tħoss li
kont assenti
U nżilt fid-dlamijiet ilsir
ta’ Ħades;
U mbagtħad tarani ntir u
nrabbi l-ġwienaħ:
Taħsibni qalbi sewda għaliex
imġarrab,
U taf li dak li tlift għad
trid issibu.
Alfred Grech.
02/07/2020.
No comments:
Post a Comment