Jiġi Żmien.
Jiġi żmien
li mqar il-ward jitbiel
Imbagħad issir
waħda minn dawk
Li nixba’
minnhom
Imqar jekk
ngħidlek l-istess ħwejjeġ
Mingħajr ħabi
Inkun ninġonġi
żewġt itruf li qajla jaqblu
U naf li
l-ġrajja avventuruża tagħna
Ma baqgħaliex
ġejjieni bnazzi
Għax jien m’għadnix
nitmagħha
l-ħatab
tal-ħuġġeġa.
U jista’
jkun ukoll li din tkun skuża
Biex jerġa’
jgħaddi
Jum ieħor.
Alfred
Grech
18/07/2020.
No comments:
Post a Comment