Int Bħal Uragan.
Int bħal uragan,
U jiena rrid niġbor
U nġonġi l-biċċiet li tħalli
Kull xħin tgħaddi.
Il-ward li offrejtlek
Mill-ġnien għammiel tal-qalb
U tax-xewqat imxennqa ta’
ruħ
Li xebgħet tilgħaq il-ġrieħi
tagħha.
Jiena ridt nifhmek
Bħal min tisliba jimla bil-kliem
li jsejjes
Fuq kull ħjiel li jista’
jislet.
Issa li m’għadekx magħna
Qtilt ukoll u dfint
Dak li kont qiegħda toqtol
int
Bil-ftit il-ftit
U għalxejn taqqabtni b’ħarstek
l-aħħar darba
Għaliex lura ma nerġgħa.
Ma rridx nibqa’ werżieq
iwerżaq
Jekk lanqas għal xhiex niġġieled
ma baqgħali.
Alfred Grech
27/072020.
No comments:
Post a Comment