Ħassejt.
Ħassejt iċ-ċaqliq ta’ġismek
Jiżżewweġ mal-bqija tad-dinja
U l-ħemda li fiha ridt
tostorni
Kienet stedina għal mixja
fit tul.
Ħassejt is-sejjħa divina
U lanqas naf għal xhiex
Jien kelli nwieġeb.
Jekk nimxu id f’id
Għad nistgħu noffru sbuħitek
lix-xemx, inkella
lill-kwiekeb.
U xejn ma ngħaddu lil xulxin
Għajr offerta ta’ xewqat
ħielsa.
Alfred Grech
23/07/2020.
No comments:
Post a Comment