Bħal Vjaġġ Fuq Ajruplan.
Ikun bħal min isib ruħu
Fuq naviċella spazjali
Il-mogħdija għan-naħħa
l-oħra.
Ma tafx kif tħossok xħin
tibda tintrefa
U tirbaħ il-qawwa
Tal-gravita’.
Inkella t-tmien għad jasal
Bla ma tintebaħ.
Ikun bħal vjaġġ fuq
l-ajruplan
Għall ewwel darba:
Ma tafx x’se ssib,
Ma tafx x’ser tagħmel
Xħin tasal in-naħħa l-oħra.
Tkun taf biss xħin tkun
tintrefa’
Inkella jkun it-tmien.
L-aqwa li taf x’qed jiġri.
Alfred Grech
28/07/2020.
No comments:
Post a Comment