Wednesday, 29 July 2020


Dark Night of the Soul

154.


Trid Tkun bebbuxu tidħol ġo qoxortok
Jew fenek li tistaħba ġewwa l-moħba
Fil-baħħ ta’ ġewwa fik ftit, ftit tintilef.
Il-lejl qalil tar-ruħ ftit hawn min jifhmu
Inkella lest fil-ħemda jisgħar waħdu.
Mill-wied mudlam tal-mewt xi darba tgħaddi
Bil-ftit tal-ħila u determinazzjoni.
Hemm barra hemm il-ħsejjes tal-imġienen
Il-boloħ megħdijin fil-marċ tal-festa.
Issib li t-tranżizzjoni wġih u dwejjaq
Sakemm tkun iggranfat ma dak li għandek
Ma dak li taf li jgħaddi u ma tridx terħi.
Jgħidulek tibża’ għal saħħtek: ibla’ l-pirmli
Biex tkun normali u tiġi funzjonali.

Alfred Grech
29/07/2020.


No comments:

Post a Comment