U Issa Naf.
U issa naf
ukoll li nista’ ngħaddi
Mingħajr taħbit
il-mewġ ma xatt il-baħar,
Jew tqanqiliet
l-għasfur tal-bejt filgħodu
Iħabbar sbieħ
il-jum, mal-ħġieġ tat-tieqa.
U issa naf
ukoll li nista’ ngħaddi
Mingħajr
il-melodija li daqqejtli,
Jew l-għana
seduċenti tas-sireni
Kull xħin
ix-xema taqa’ minn widnejja.
Li ma nafx
hu, jekk jien ngħaddix fil-ħemda
Taċ-ċelular
li tilef issa n-numru
Tiegħek,
inkella l-ħsejjes tat-takkuna
Xħin titlaq
’l-hemm mingħajr ma tlissen kelma.
Alfred
Grech
21/07/2020.
No comments:
Post a Comment