Matutin.
Kull meta nqum filgħodu
U noqgħod nifli sewwa,
l-irkejjen u l-inħawi
u l-fond ta’ minni l-ġewwa.
Ma jkunx għaliex nixtieqek
Jew niġi ħdejk bil-ħrara
Għax ħsiebi jkun velenu
Jgħodd biss dak li qerd
nara.
Kull mistoqsija skuża
Biex nerġa’ ngħix jum ieħor
Kull meta nqum filgħodu
U ngħarfek minn ħadieħor.
Qed nidħku bina nfusna
Lilhinn minn kull ħaġ’oħra
Kull jum li fih qed ngħixu
Xħin ħaġa ġġib lill-oħra.
Alfred Grech
30/07/2020.
No comments:
Post a Comment