Iż-Żiffa Ma Qamitx.
Hekk kont ukoll ħlejt ħajjti
Fit-taraġ ta’ bla tmiem,
Minxur mal-kannizzata,
Mhu ġejt qatt il-quddiem.
Imbagħad xħin iċ-ċpar għadda
U l-ajru batta sew,
Sibt illi minn dak kollu
Ix-xejn fil-jiem l’għaddew.
Għaliex ħabib tistagħġeb
Bil-bżieżaq tas-sapun
U tgħid li ż-żmien bħar-riefnu
Imkien ma ssib raġun?
U dawk ta’ fuq il-mambar
Għalkemm kulllħadd paxxut
Qabżiet fi dlam l-abbissi
Mingħajr il-paraxut.
Dawk bħalek bil-kappestru
U bħalek ġew bi żball
Fid-dawl tax-xemx li tisreġ
U x-xema qed tinħall.
Jekk għadek tiggalleġġja
Din sħaba, ma damitx,
Hu biss għax ir-riħ naqas,
U ż-żiffa ma qamitx.
Alfred Grech.
17/07-2020.
No comments:
Post a Comment