Xi Jġiegħlni?
Xi jġiegħelni ta’ kuljum
fl-abbissi ninżel,
fis-saltna ta’ taħt l-art qalb din il-kruha;
ġo dan is-sotterran
fin-niċċa tiegħi
niltaqa’ mad-dragun ibiegħ
il-blugħa?
Jien naf li waqt bli nikteb
dawn il-versi
u tasal sa widnejk din
l-għanja fqira
int tħoss li qiegħda tmiss
xi ħaġa soda
li postha sabet, u ġġbhiex
bi kbira.
Int taf li malli titlaq il-ħamiema
u tibqa’ ttir u tmur lil
hinn mix-xefaq,
fuq ħabel issikkat trid
tibda’ miexja
bħal min xejnb ma jibqaglu u kollox nefaq
Tiċċassa u tqum iġġiegħlek
minn fejn qiegħda
għalkemm ma dwarek int ma
tafx fejun qiegħda.
Alfred Grech
05/07/2020.
No comments:
Post a Comment