129.
Jekk ma tiġix
illum qatt mhu se tiġi.
Jekk noqgħod
nistenniek int lanqas tiġi.
‘Mma jiena xorta
waħda nibqa’ mqajjem
Nistenna li xi
kewkba għad titbissem.
Indawwar il
parabbola ta’ ruħi
Għal fejn aktarx
tkun ġejja t-trasmissjoni.
Jien nibqa’
mqajjem ngħodd inkella nżebbeġ
Iż-żibeġ
tal-kuruna tar-rużarju,
Inkella nsib xi
mantra li tnessini
Id-dwejjaq ta’
kuljum u l-konswetudni.
Int qajla tħobb
titfaċċa bla ma tħabbat,
Wisq inqas tħobb
li jiġi fil-pakketti,
Inkella f’xi
kontenitur tal-plastik.
Imbagħad intbaħt
li qatt ma seta’ jkolli
Mara oħra xħin
ikolli l-pinna f’idi.
Alfred grech
17/07/20176
No comments:
Post a Comment