Jekk Taħseb Li Din Hija
Poeżija.
Jekk taħseb li din hija poeżija,
aqraha kemm trid, agħmilha tiegħek.
Lili ma tolqotnix, għax għandha wisq min-narrattiva
ta’ dak li qatt ma jseħħ.
Jien mgħaddi mill-infern ta’ xi meries,
u meta niġi lura nħobb intenni
dak li ħasejt xħin kont għaddej minn ġol-meries.
Intenni li ħassejt imżewwaq b’ritmi mlewna
u l-karba tiegħi tistħajjilha l-għanja tal-imnikket.
U jekk mhux jien li kont għġaddejt minn ġol-meries,
inqiegħed lili nnifsi fi-żarbun ta’ min kien għadda,
u nħoss li qiegħed nifhem sewwa sew
l-uġigħ, il-qtiegħ il-qalb
u dak li jġiegħelni ntenni,
dak li qed nistħajjel.
Mill-bqija din għad tista tkun ukoll
il-poeżija liebsa libsa
ta’ min imur għat tieġ bla mhu mistieden.
Alfred Grech
24/07/2017.
No comments:
Post a Comment