Taħt Skuża Jew Taħt Oħra
Taħt skuża jew
taħt oħra
Qed jagħmlu li
jaqblilhom,
U jġibu elf
raġuni
Biex jagħmlu li
jfettlilhom.
Iħarbtu dak li
nafu
Għax huma
progressivi,
Jingħoġbu ma kull
wieħed,
Jitqiesu permissivi.
U n-nies? In-nies
mhux tifhem
X’hemm sew mitfuħ
fis-sasla,
U ħadd ma jrid
jitkellem
Għax jibża’
jidħol f’basla.
U ħadd ma jrid
jitkellem,
Spiċċajna bla
miżura,
Jew jibża li
jinqabad
Fil-morsa
tal-għajjura.
U ħadd ma jrid
jitkellem,
Kien l-amar
tal-mexxejja,
Tal-tribujiet
il-foloz,
Bl-għajnuna
tal-qaddejja.
U baqa’ għaddej
ir-romblu,
Irambal fl-inklużżjoni,
Jew kien ir-riħ
tal-bidla,
Jew diskriminazzjoni.
Kelb rieqed l’għaliex
tqajjmu?
U trid tivvinta
r-rota,
Għaliex ħabib ta’
qalbi
Tistrieħ fuq min
jivvota?
Alfred Grech
14/07/2017
No comments:
Post a Comment