130.
Int tisħet il-mument li sirt taf lili,
U tgħd li bqajt kif kont qatt ma ninbidel;
Jien nemmen li d-destin qed jilgħab bina
U ma narax għaliex ma tridx taf bija.
It-tnejn qed nibku ż-żmien li fih trabbejna
U ngergru għax id-dinja mhix ħanina,
Interrqu t-tnejn mogħodija separata
Jew toroq dritti li qatt ma jiltaqgħu.
Int bqajt ma ntbaħtx x’inhi l-aljenazzjoni
U jien ma nafx għaliex qieghdin nitbiegħdu.
It-tnejn nissieltu, nfittxu li hu tagħna
U tnejn nirraġunaw għax hekk qalulna.
Bil-kwiekeb tilgħab int u bil kometi
Jien negħereq fl-oċean tas-solitudni.
Alfred Grech.
27/07/2017.
No comments:
Post a Comment