Sirt Biċċa Mill-Inkwadru.
Trid toqgħod għal li jiġi,
U tagħmel bħal ħaddieħor,
Tintebaħ li sirt bħalhom
U xejn ma kien mod ieħor.
Tintelaq mal-kurrenti
Tistaqsi jekk hux sewwa
Li drajt minn dejjem tagħmel
Qatt toħroġ minn hemm ġewwa.
U taħseb li hu tajjeb
Għax hekk għallmuk minn ċkejken,
Għaġnuk kif riedu huma,
Bqajt inti biss l-imsejken.
Għax hekk ħażin jew tajjeb
Hu dak li għallmuk huma,
Int lanqas biss mod ieħor
Ma taf, għax hekk miżmuma.
Sirt biċċa mill-inkwadru,
Minn dak li tisma’ u tara,
Il-lixka li jbellgħuleIeh
Imwaħħla mas-sunnara.
Jekk tħoss lu sirt ribelli,
għax fik hemm l-anarkija
Ifisser qed tistejqer
Minn dik l-anomalija,
Li trid bilfors titgħallem
Tagħlim u ħażen tagħhom,
Biex terġa treġġa’ lura,
U ma tqisx ruħek magħom.
U tibda tħoss l’int ħieles,
U tagħmel kif jidhirlek,
M’għandekx bżonn ta’ xi mgħallem
Biex jgħidlek x’għandek x’tagħmel.
Akfred Grech
30/07/2018
No comments:
Post a Comment