Kull Meta.
Kull meta nisma’ kelma tqila u twila
Bħal donnha ħarġet minn ġuf
l-infinit
Jien nibda naqra
l-ħsieb li għandek f’moħħok
Fis-sħana u ħedla
ta’ das-sajf imqit.
Int tibda’tħares fiss
fi ħbub għajnejja
Ir-rima tiġi w’ħedha
sa ma r-ritmu jfur
U nibqa’ negħereq
f’baħar ta’ bla xefaq
Interraq il
quddiem mingħajr ma ndur.
Kull meta nibda
bħal fil-lehma mqanqal
Għaliex trid
toħroġ bla ma tkun l-istess
Il-karba u jiena
xejn nista’ ma nagħmel
Ħlief niftaħ
il-bieb beraħ tal-ingress.
Alfred grech
24/07/2017
No comments:
Post a Comment