U Jekk Niltaqa’ M’Oħra
U jekk niltaqa’
m’oħra,
Mingħajr
l-imgħoddi tagħha,
Il-ġrajja li
ttenniha,
U d-dinja li ġġor
magħha.
U jekk niltaqa’
m’oħra,
Ma tkunx
bid-diadema
Li taħbat ma dik
tiegħi
U nħarbtu b’hekk
l-iskema.
Trid tkun minn xi
dar oħra,
Titkellem
b’lingwa ġdida
U ġejja minn
pjaneta
Li għad irrid
nisfida.
Jekk għad niltaqa’
m’oħra
Tkun ġejja mnejn
tkun ġejja
Li tħares fiss
f’għajnejja,
Tkun taf taqrali
jdejja.
Alfred Grech
21/07/2017
No comments:
Post a Comment