Ma Niskantax Jekk Tiġi.
Ma nistkantax jekk tiġi
Imqar jekk sirt duħħan,
Sibilla tat-turmenti
U tat-twemmin pagan.
Bħax-xemx li tinżel siekta,
Fuq xefaq mimli ċpar,
Warajk ja profetessa
Qed niġri lej u nhar.
Għax ma kontx għadni nafek,
Ridt niġi bla bla ksuħat
Il mansab ħsibijieti,
Mal kosbor tax-xewqat.
Inħossok bħalma tħossni,
Bħal qisu qam ir-rih,
Fil baħħ etern tal-kosmos
Qed tinseġ is-sabiħ.
Xħin ninsa l-għanja tiegħek,
Intir, warajk insus,
‘L-fuq mill-agħa tal-folla
U s-sema nibda nbus.
Alfred Grech
28/07/2017
No comments:
Post a Comment