Hekk Biss Sabiħa.
Hekk biss sabiħa l-ħajja meta t-toroq
Ċimiterju - għax hawn il-ġdiem u l-pesta
U tiġi wiċċ imb’wiċċ mal-baħħ jirbombja,
U tasal f’tarf it-triq u f’tarf ix-xifer.
Għax jista’ jkun li hekk ikun xħin tgħaddi
għan-naħħa l-oħra, bla ħsejjes, bla pompa;
Fuq kollox ma tkunx taf għax mank tintebaħ.
Jien nieqaf issa waħdi fuq saqajja
Jew fuq spallejn l-iġganti biex inħares
Bħal kienet din xi tappa tul il-mixi
Lejn il-baħħ, lejn in-nisi, fejn xejn aktar
ma jiswa’ għax drajtf’wiċċ l-infinit inħares.
Alfred Grech.
17/03/2020.
No comments:
Post a Comment