103.
M’hemm xejn xi
jqarreb biex għad nasal għandek,
Hemm biss
il-melodija ta’ bla ritmu,
Hemm biss ir-rima
tfewwaħ li ħallejtli.
Kullħadd iġorr
it-toqol ta’ l-għelt tiegħu,
Uġiħ is-skiet
marsus fi bwiet imtaqqba.
U għahekk,
kullħadd qed jgħolli l-barrikati,
Ħitan għoljin li
saru trasparenti.
Għax tgħid! Illum
erġajt għaddejt minn moħħi,
Emminni, lanqas
naf għandekx tkun ħdejja
Hemm blata tonda
tgħalaq il-bieb tiegħek.
Inti li qbadt u tlaqt għax kont xebbajtek,
Jiena li dawra
mejt dort kemm il-darba,
Jiena li kont
immiss is-sema b’idi,
Jiena, li hawn
nittama l’għad xi daraba. . .
Alfred Grech
12/12/2016
No comments:
Post a Comment