Fuq Dawn l-Iskolji Tfarrak il-Jien Tiegħi.
Fuq dawn
l-iskolji tfarrak il-jien tiegħi,
Il-bogħod
mas-swied il-qalb fl-iskur tax-xefaq,
Il-bogħod
mil-baħar ħiemed ta’ dix-xtajta,
Fuq wiċċ il-qtar
tad-dmugħ fejn għad jintefaq.
Fil-forġa
tal-ħaddied fejn għad jissaffa,
Bħat-tafal li xi
darba sar ċaqqufa;
Fid-dlam tal-wied
mudlam fejn għadu jberraq,
Biex waħda, waħda
jgħaddu s-snin mitufa.
Tħallix imbagħad
xi għadma biex igerrem,
Raġuni jsib li
jonfoħ daqs bużżieqa,
Ma tridx tħallilu
qatt ir-riedni f’idu,
Imfissed daqs
tarbija ġewwa n-nieqa.
Għax jista’ jkun
ukoll li dit-tnehida,
Tkun skuża bħall-oħrajn
biex jiffjorixxi
Fil-masġar tiegħu
stess irawwem drawwa,
Imbagħad ikun
għalxejn tirreaġixxi.
Alfred Grech
15/12/2016
No comments:
Post a Comment