Għaliex Qed Tistedinni.
Għaliex qed
tistedinni, biex nerġa’ nħares lura
Ja drijade ta’
dawn l-inħawi?
Erġajt ewwilla
ħlomt bil fewġa’ tal-grigal?
Inkella b’qamar
kwinta kollu mgħotti
Bit-tajjar?
Għidli Phoebe,
għidli Atlanthea,
Jekk qattx rajtuh
inemmes wara l-kwinti
Dal qamar mistħi
wisq biex jerġa’ jqajjem
It-tqanqiliet
tal-iskeletri?
Erġa’ newwaħ ġo
widnewjja
Bħalma jnewwaħ
il-grigal
Xħin jagħmel
tiegħu ,biex nerġa’ ngħid li qed inħoss
It-tmellis
tiegħek.
Erġa’ semmgħali
dawk il-ħsejjes ta’ bil-lejl,
Biex forsi
nikkonvinċi lili nnifsi
Li rġajt smajt
leħnek.
Erġa’ newwilli
Bħalma tnewwel
id-daqqiet ta’ ħarta
Kull meta sirt
fidil u mbagħad bdejt nemmen
Biex ngħid li rġajt
sirt iż-żgħażugħ
U nagħmel bħalma
jagħmel kien missierek.
U int, ja kewkba
li tiddi meta trid,
Twieġeb meta jogħġbok,
Tgħidlix li qed
inqanqal fik mill-ġdid
Xi ftit
tal-għira.
Alfred Grech
16/12/2016
No comments:
Post a Comment