Din Hija s-Sinfonija.
Din hija s-sinfonija
Li ssegwi l-aħħar
att,
Xħin jinżel
is-siparju,
U bħalha ma smajt
qatt.
It-tmiem ta’ din
is-sena,
It-tarf ta’
dal-perkors,
Fost ħafna
ġigġifogu
U merħba waqt
dal-għors.
Iċ-ċiklu jkun
inħela,
Is-saħħa tkun
infniet,
Fi nżul ix-xemx
inemnem
Tal-jum ix-xema
ntfiet.
Bid-daqq
tat-trombi u l-għana
Dan l-għabex
tal-allat,
Il-ġamar
tal-ħuġġieġa
M’għadux illuminat.
Kull xħin niltaqa’
miegħek,
Niltaqa’ miegħi
stess,
Kull xħin
nitkellem miegħek
Għalxejn, m’għamiltx
progress.
Jien sirt
is-sinfonia,
Ta’ dak li qatt
ma kien,
Tindaqq fi tmien
is-sena
Għax wasal issa ż-żmien.
Alfred Grech
30/21/2016
No comments:
Post a Comment