Out. Out, Brief Candle, Life is
but a walking shadow.
Shakespear, Macbeth.
Għaliex ilbist
dil-libsa,
Ma nafx fejn ser
immur?
Sirt issa wieħed
minnhom,
U hawn sibt ruħi
ndur.
X’se jservi kull
ma niġbor?
X’se nieħu bli
tagħllimt?
Żgur mhux se
jġorru miegħi
Xħin tlaqt, u
nkun sellimt!
Tgħiduli, l’ għal
ta’ warajja,
Ngħaddih,
nafhulhom b’wirt.
Imbagħad
xħin lanqas huma
Ma jafu jien x’fissirt?
U waħda wara l-pħra
Ġenerazzjonijiet
Jintemmu, kollha
jgħaddu,
Kullħadd imur
fis-skiet.
U hekk millenji
jgħaddu,
Jintefa’ kull
musbieħ,
Jintfew ukoll
il-kwiekeb
U xejn ma jibqa’
sħiħ.
U x’jibqa’ minn
dak kollu?
Dak kollu l’hu
sabiħ?
Dik kienet ħolma
kbira,
M’hemm xejn, hemm
biss ir-riħ.
Alfred Grech
21/12/2016
No comments:
Post a Comment