Qatt Ħsibt.
Qatt ħsibt kemm
huwa faċli tgħid daqshekk ?
F’dal vortiċi bla
rażan f’dil-burraxka,
Xewqat u
tqanqiliet u elf delużjoni
Bl-aċċelleratur
taħt saqajk?
Bħal dawk li jridu
jipperswadu li huma wkoll normali,
Iżda li normali
mhumiex.
U jinvokaw
qawsalla ġdida tal-ilwien
Biex jaqsmu
t-toroq.
Mhuwiex tassew li
tirrifletti dak li tgħidli
Mhuwiex tassew
kif tgħid li temmen kull ma ngħidlek,
Mhuwiex tassew; u
jien miniex nixxiegħa t’ilma ġieri,
Għax jista’ jkun
li drajtha wisq dit-telgħa,
Kif lilek nista’
nogħoġob,
Kif lilek
nikkonvinċi.
U jista’ jkun
ukoll dan l-oratur
Qed jitlef
l-elokwenza.
Għax jiena qatt
ma ridtek li tixjieħ quddiem il-mera,
Għax jiena qatt
ma ridtek ta’ kuljum issir medjokri.
Alfrerd Grechj
02/12/2016
No comments:
Post a Comment