Taf x’Inħoss?
Taf x‘inħoss meta
niltaqa’ miegħek għid?
Qisni qomt minn
raqda u ma striħajtx
U nerġa’ nipprova
nistrieħ u ma nistax..
Għax hemm żunżana
żżanżan
U jien ma
rnexxilix għall-kollox nagħlaq
Is-siparju.
Il-persjani
tiegħek jibqgħu imbexxqa
Bħal magħluqin ’mma
mhux għal kollox.
Bħal bieba ta’
trabokk li trid taħtafni.
Taf x’inħoss meta
niġi lura minn għandek?
Inħossni bħal kexxun
battal,
Bħal nixxiegħa li
ma tnixxix
Inħossni bħal
xjenzjat li jrid ifassal teorema
U ma jafx kif,
Inkella esploratur
ifittex dinja ġdida.
Alfred Grech
01/12/2016
No comments:
Post a Comment