XI.
Erġ’ejja qabel
jasal tmiem id-dinja
Bid-daqq
tat-trombi madawwar kollok dija;
Bejn il-ħażin u
t-tajjeb aqta’ linja,
Biss lili niċċa
għamilli ’l bogħod mill-bqija.
Erġ’ejja, għaliex
ħakmitni s-sensazzjoni
Li jiena posti
sewwa qatt ma sibtu;
U għext sal-lum
bil-ħseib u l-konvinzjoni
Li l-karru li
ridt nirkeb qatt ma rkibtu.
Erġ’ejja, ħalli għal
darb’oħra tiftaħ
Bibien il-ħabs ta’
ruħi, tirxuxtani
Minn qabar qtigħ
il-qalb, u tgħinni nirbaħ
Dak kollu li ’l
bogħod minnek jimbuttani.
Erġ’ejja, u
did-darba flok tissallab,
Ħafifa għamilha għal
min ikun jittallab.
Alfred Grech
29/09/2011
No comments:
Post a Comment