X’Ġejt Infittex f’dil-Maxtura.
X’ġejt infittex f’dil-maxtura?
Ġejt infittex ma
nafx xhiex,
Ġejt infittex
it-tarbija!
Lit-tarbija ma
sibthiex.
Hawn ix-xejxi,
hawn il-fidda,
Hawn id-deheb u
hawn l-ilwien,
Hawn id-dawl u
mhux idawwal,
Xewqat sbieħ minn
kullimkien.
Ġejt infittex
ħafna ħwejjeġ,
Ġejt infittex ma
nafx xhiex,
Ġejt inħaffer fil-baħħ
tiegħi,
Dak li jien, dak
li miniex.
Li stajt kont u
li baqgħali,
It-tregħid
tal-univers,
Biex inqabblu
mal-polz tiegħi,
Insir naf kemm
jien divers.
X’ġejt infittex f’dil
maxtura?
Li kont nagħmel
fis ħallejt,
Ġejt hawnhekk
infittex l-hena,
Jew ma nafx hawn
għalfejn ġejt.
Alfred Grech
21/12/2012
No comments:
Post a Comment