M’Hemm Xejn Li Għad Xi Darba.
M’hemm xejn li
għad xi darba
Jxabba’ dan
il-ġuħ, għajr inti
Li għal darb’oħra
għad trid tgħaddi
Mit-trasfigurazzjoni
ta’ waħda
Mill-ulied ta’
Zeus.
M’hemm xejn x’jurini
t-triq
Li għada trid
twassalni
Lil hinn mix-xefaq,
Inkella fuq
ix-xfar ta’ rdum
Li miegħu għad
imelles
Mewġ il-baħar.
Jekk għad xi
darba fost il-ħsejjes
Ta’ kuljum nitkixxef
leħnek
Immur infittex
qalb id-dellijiet
Biex nara nsibx
lil-wiċċek.
Waqt li kienet
nieżla x-xita
Deherli li smajt
passik.
Hu biss il-ħolm
li noħlom
U xejn aktar.
Alfred Grech
06/12/2016
No comments:
Post a Comment