Int Tibqa’ Timbuttani.
Int tibqa’
timbuttanti f’dawk l-inħawi
Fejn għadu ħadd
ma mar, fejn ma rridx nasal,
Għalkemm int
għadekx hawn irrid bħal ninsa’
Dawk l-ibħara li
stajt fihom ninnaviga
Id f’id miegħek.
Xħin tlaqt ridt illi kollox
Jerġa’ lura bħal
ma kien u ż-żmien jieqaf.
U jista’ jkun
ukoll li għamilt sewwa
Li ma smajtx
minni. Norqod u nistembaħ
Bil-ħsieb li qatt
ma nżilt fl-infern tad-dinja.
Int kont l-allat
tisfida tal-quċċata,
Biex tixli dak li
ħadd qatt ma ried jemmen,
U jista’ jkun l’għalik
il-mewt mhix temma,
Għalik dik kienet
skoll għal min se jegħereq,
Bħal min jisfida ’lmin
hu aqwa minnu,
Jew jinbex lil
min lanqas jaf jirrabja,
Bħal min iżomm
miftuħ il-bieb ta’ daru
Bit-tama li
l-ħalliel ma jdumx ma jasal.
Alfred Grech
13/12/2016
No comments:
Post a Comment