Friefet.
Żgħar il-friefet,
zgħar u sbieħ,
Tlaqtu ttiru
minnufiħ
Tiġru ‘l-hawn u
tiġru ‘l-hawn
Mur aqbadkom
ersaq l’hawn.
B’dawk il-ġwienaħ
kbar u sbieħ
Itajjartu
minnufiħ
Ħallejtuni f’tarf
it-triq
Qalbi sewda mimli
diq.
Isbaħ minnkom
m’hemm imnkien
B’dawk il-ġwienaħ
bosta lwien
Fikom noħlom
il-ħelsien
Qed tittajtu
kullimkien.
Ħallejtuni, rqadt
għal ftit
U bdejt noħlom,
ħolm kemm trid.
Trid tinbidel
trid ittir
Fl-ogħla sema.
Ikħal nir.
Kif se ttir jekk
kemm iċ-ċpar
Dan temp ikraħ
f’nofs Jannar,
Hemm ix-xita
hemmn ir-rih
Ejja lura
minnufih.
Il-bogħod rajtek,
rajt l-ilwien,
Ejja ddakkar bla
dewmien
Ejja rewwaħ
b’ħafna ilwien
Tgħanni l-għanja
tal-ħelsien.
Jibku l-fjuri.
Jibki l-ġnien
Minn ġo t-tieqa
fejn kont jien
Kemm nitpaxxa
bħares lejk
Bewsa nħalli fuq
ħaddejk.
Jekk kuluri ma
narax
Nifli sewwa ma
nistax
Kieku għami kieku
trux,
Il-ġmiel tagħkom
ma nifhmux.
Jien kont
ġwejjed, ċkejken kont,
Qabel beda
dar-rakkont.
Jien ħadt qatgħa,
jien ħadt skoss
Ħsibtek mejjet
għax bla ħoss.
Jekk f’saħħithom
dawk ġwenħajk
Tmur u tiġi wkoll
minn rajk,
Jekk jiddajfu,
titlaq, tmur,
Ma tiġrix, hekk
jien fi żgur.
Għalfejn tlaqtu,
mortu l-bogħod
M’għadnix niflaħ,
bdejt nirtogħod,
Erġa lura bla
dewmien’
Kollox għadu hawn
kif kien.
Id f’id nimxu
t-tnejn flimkien
Ejj’ narawhom
hemm fil-ġnien,
Kollox ward u
kollox żgħar
Mar rebbiegħa
kollox tar.
Ġibtu l-paċi,
ġibtu s-sliem,
Tbiegħedu
d-dwejjaq bla dewmien,
Ġibtu l-ħlewwa,
ġibtu l-ferħ
Kontu l-bidu ta’
kull serħ.
Rajtek tibki,
rajtek tmil,
Rajtu dellek kemm
hu tqil,
Ridtni nitlaq,
ridtni mmur
Kieku tlaqt,
immut kont żgur.
Għaliex ħrabtli,
mort il-bogħod
Qalbi ksirtli,
m’għadnix sod,
Erġa’ lura, erġa’
fis
Għaliex lili
m’għadekx tqis?
Ridt intir, insir
farfett,
Nilbes libsa
mis-sbieħ nett,
Ridt niddakkar
ridt indur,
Ridt nittajjar
fuq il-fjur.
Kienet hemm
maġenb ix-xatt,
Malli tajthom
ħadt ritratt,
Ħdejn it-tfajla
taħt il-ħajt,
Isbaħ minnha qatt
ma rajt.
Kont il-bogħod u
ridt intir,
Fuq il-warda
tal-ħarir,
Qalbi mtliet
b’ferħ bla tifsir,
Taħt das-sema,
ikħal nir.
Alfred Grech
24/03/2017