Hawn x’Bagħttni Nagħmel.
Xħin nasal
għandek nistaqsik hawn x’bagħttni nagħmel.
Ma nafx kif
tridni nżomm mingħajr ma naqa’.
Ekwilibrista bla
miżien fuq dan il-ħabel,
Ma nafx kif
tridni nżomm bla ma niżgarra
U naqsam dan
l-abbiss biex nasal għandek.
Did-dgaħjsa li
bla naf sibt ruħi fiha
Ġo baħar
turbolenti tinnaviga
Fejn jiġġerrew u
jirgħu klieb il-baħar.
Sal-lum ma nafx
hix din it-triq għal għandek
Ħaddieħor ħa
għalih għaliex qalulu
Li hu għażżien,
li hu mingħajr viżjoni,
Li ma tgħallimx x’inhu
l-iskop tal-ħajja.
U ma tarax li
jien ma ħadtx għalija?
Imbagħad xħin
nasal għandek nistaqsik hawn x’bagħttni nagħmel.
Alfred Grech
16/03/2017
Post Scriptum. Din il-poeżija hija mnebbħa minn aħbar li smajt
fuq r-radju waqt li kont qed insuq (u allura mhux bil-fors qed jirriproduċi dak
li smajt bil-preċiż) li xi ħaddiema tal-Awtorita’ tax-Xandir ħassew li kien
hemm intimidazzjoni (bullying) fil-konfront tagħhom, meta ic-“Chairperson”
indirzzathom bħala “għażżenin” u li “m’għandhomx skop fil-ħajja”.
No comments:
Post a Comment