118.
M’għadekx
tagħtini dehxa wara l-oħra,
Kull meta fuq din
l-art tal-innoċenza,
Bħal xita traxxax
fuq il-bjut li jibku
Idejk tiftagħom,
tħaddan l-ewforija.
M’għadekx
taħsadni bħalma taħsad berqa
Fl-iljieli twal
mudlana u solitarji,
Kull meta nibda
naħseb li ser naqbad
Il-vjaġġ it-twil,
fis-skiet, fl-indifferenza.
Jien qatt ma
stajt nitgħallem triq għal għandek,
Għax triqti
kienet dik fejn int kont sejjra,
U meta sibt li
wqaft mill-mixi tiegħek
Hemmhek kien tarf
it-triq, u t-tnejn weħidna,.
Nixtarru hawn f’dax-xatt
fejn qatt ma konna
Il-frak
tal-kwiekek jaqgħu, waħda waħda.
Alfred Grech
14/03/2017
No comments:
Post a Comment