121.
Tiddejjaq xħin
tismagħni x’għandi x’ngħidlek.
Bħalkieku taqra
artiklu f’xi gażżetta.
Misteru jkun li
tgħix, u tgħix bħal friefet.
Biss aktar ma
nixtieqx li nġorr minn ħajjti,
Għax bla ma naf,
u bħal ma bdiet tispiċċa.
U x’jiġri minn
dak kollu li jkun ġara?
Jitħassru
mill-memorja universali,
Bħal kieku qatt
ma kien u kull tifkira
Li jibqa’ ma
tkunx tiegħi, għax ħaddieħor
Ma jista’ jiret
qatt dak li kont jiena.
U tikber, hekk
tiżdied l-evanexxenza,
Ta’ dak li kien u
li m’għadux fl-essenza
Li hija
l-illużżjoni ta’ li jiġri,
Misteru jkun li
tgħix, u tgħix bħal friefet.
Alfred Grech
27/03/2017
No comments:
Post a Comment