Tiġdid.
Illum mhux
it-tkomplija
Tal-bieraħ illi
mar.
Illum jien
bniedem ieħor
Ġdid ħiereġ
mit-tajjar.
Naqilbu rridu
l-folja,
U naqbdu argument
Li qatt ma smajna
dwaru
U nkomplu mal-kurrent.
Mas-sħab li jiġri
ġirja,
Max-xemx li ma
ħarġitx,
Max-xita mhix fi
żmienha
Għal darba ma
felħitx.
Biex nitla’ kull
skalluna,
Mill-ġdid
mingħajr rimors,
Tal-għada qatt ma
sebaħ,
Ta’ kif kien
id-diskors.
U din tkun
il-viżjoni
Tal-għana li m’għannejtx,
Mat-temp li qed
iħawwad
Indur hekk, dawra
mejt.
Alfred Grech
0/03/2017
No comments:
Post a Comment