Tinħeba Wara l-Kwinti.
Kull meta moħħi
mlejt
Li l-ħajja mhux
kif ħsibtha,
Li din hi
ferrovija
Li jiena qatt ma
rkibtha;
Għax minghalija
ħsibt
Li Venere kont
inti,
Fantażma li kont
naf
Tinħeba wara
l-kwinti.
Għax meta kont
għajjien,
Il-qtar
tad-dwejjaq qrasu,
U qatt ma ħadt
raġun,
Kulħadd kien
dabbar rasu.
Tiġġieled, mhemmx
fuqiex,
Ribelli ta’ bla
skuża,
Jekk tkun
prosekutur
Lil min trid int
takkuża?
U ngħaddu minn
kull triq,
U nfittex fejn
ninħeba,
U nidħol ġo kull
għar
Biex noħroġ fin
bla tebgħa.
Alfred Grech
11/03/2017
No comments:
Post a Comment