Għax Bħali Ħsib Li Hawn Ser Tibqa’ Għal Dejjem.
Għax bħali ħsibt
li hawn ser tibqa’ għal dejjem,
Mhux aħna t-tnejn
li konna sibna ruħna,
Inħarsu wiċċ imb’wiċċ
bħal qisu f’mera,
Fl-għadajjar ta’
xulxin saqjna nbillu,
Għadajjar l’issa
saru baħar wieħed,
Nistaqsu lilna
nfusna x’qed infittxu:
Hix din il-verita’
li lilna tħennen
Inkella kienet
ħolma li ħlomniha;
Jekk dan hux
ingranaġġ t’arloġġ inaqqqar
Il-mod kif nafu
nifhmu dit-traġedja.
U jkun għalxejn
li nduru d-dawra kollha
Biex bħal ninsew
li din mhijiex ħlief ħolma,
U ħloqna wkoll
ikoni għal żmien il-bidla,
Tal-waħx li m’għadux
hawn.
Jien qed
nistenna
Li nilmħek għad titfaċċa
ħabta u sabta
Minn wara
l-kantuniera ta’ dil-bajja.
Għax bħali ħsibt
li hawn ser tibqa’ għal dejjem,
U ntbaħt li meta
kont iżżommli jdejja
Jien ma kontx
hemm, int ma kontx hawn. Faċċata
Stajt kont int ta’
dil-munita, bin-naħħa
L-oħra tagħħha, l-oskur tal-ħażen tiegħi.
Alfred Grech
10/03/2017
No comments:
Post a Comment