Taħsibx.
Taħsibx li dan hu
eżerċizzju,
Ta’ min ħafif
irid lil-ġismu,
Dan hu passaġġ
għan-naħħa l-oħra,
Li lanqas
issejjaħlu b’ismhu.
Dan mhux traġitt
minn-naħħa s’oħra,
Li jagħmel kull
min hu bla sabar,
Pellegrinaġġ ta’
riflessjoni
Li jerġa’
jirxuxtak mill-qabar.
Din ħolma l-għad
noħorġu minnha,
Dan hu rakkont li
għad jispiċċa,
Din hija ħrafa bi
tmiem ikraħ,
Telfien ir-ruħ li
qed jisgiċċa.
Alrred Grech
28/03/2017
No comments:
Post a Comment