Għad Jiġi
Żmien.
Għad jiġi żmien u mhux fil-bogħod
li ma tistaqsinix aktar
jekk jiniex ġej u trid tagħmilha t’anġlu u ta xitan
biex tifhem il frażeġġ tat-taħbiriet li għandhom
minn tal qawsalla u l-frakass li jħalli wrajħ
id-diskors ta’ nhar ta-ħadd minn fuq ir-rtadju
inkella ġo xi ħażin tal-periferija fejn min jippriedka
jippriedka għal dawk li huma kkonvertiti.
U trid tassew tkun trasparenti daqs nixxiegħa t’ilma safi
biex tifhem kliem is-serpent jitmiegħek fil-ħmieġ tal-art
li xi wħud isejjħulu l-korruzzjoni.
Mil-bqija tiġġerra qalb it-toroq ta’ dar-rħula
u dawn l-ibliet issikkati u kkalzrati bħal ħabsin
inkatenati
u ffullati sa ruħ ommhom qalb l-uċuħ itturfnati
aljenati, u ċċassati li lanqas biss għadhom jingħarfu
għaliex moħħom s’hemm iwassal
u tittallab għal ftit ilma u għal ftit beraq ta’ bla ħoss
li jirbombjaw fil fond bla qiegħ tal baħħ ma jinħafirx.
Bqajt ma sibt ebda tweġiba.
Jiena l-iblaħ tat-tarokki nippasiġġa u saħansitra
nisfen f’tarf il-preċipizzju
nittallab merżuq dawl inkella xi xintilla
ta’ ferh u ta’ tgawdija f’dan il-wied ta’ taħt l-irdum
minn dawn il-qlub imxebba fl-affluwenza,
inkella aljenazzjoni oħra ta’ did-dinja u kull ma fiha
qed iwiegħdu sabiex fl-aħħar nibda ngħid
li tassew dan hu ħelsien.
In-nies għaddejja u tibqa’ għaddejja
purċissjoni mingħajr tmiem, mingħajr lanqas taf fejn
sejjra
nkella tfittex il-ħrafa tal ħoqien fil-konfini tal-Ġnien
tal-Għeden
manipulati mill-mezzi tat-tagħlim u tax-xandir ta’ min
ghandu l-akbar setgħa
ta’ min jiflaħ l-aktar jigdeb.
Sensazzjoni waħda baqgħali:
li żbaljajt kollox.
Alfred Grech
12/02/2019.
No comments:
Post a Comment