U Meta Trid Ċempilli Waħda.
Dak li hemm bejnietna kien qisu fuq vagun
il-ferrovija waqfet x’imkien
jew daħlet ġo xi sqaq.
Jien kont inħossni nbennen
u ma joqosni xejn
Iżda f’dan il-jum ta’ nofs Frar
nixtieqek qiegħeda ħdejja
ħa nagħnnqek waħda.
Insellimlek ja mara ta’
sbuħija
ta’ ħila aktar minni
Il-lejl qed joqrob sew bħal
anġlu miexi ħafi
u l-ħajja tibqa’ għaddejja
bħal karusel
li marlu l-ħabel.
Ma nisa’ qatt il waqt xħin
int ma ġejt qatt lura
u l-baħar ta’ ġo fik kien, u
għadu mqalleb
mill-bqija kollu storja.
u jista’ jkun li dan hu
dmugħ
li għad irid iġelben,
u din hi xita li trid
traxxax
fuq xeni tal-addiju li qatt
ma kien.
Ismek jibqa’ jidwi
fin-nostalġiji tal-ġejjieni.
U jekk għad trid tkun taf
jien xorta għadni mħawwad
u sal-lum ma nafx x’irid.
Meta triq ċempilli waħda.
Alfred Grech
20.02.2019
No comments:
Post a Comment