Meta L-Baħar Jofroħ.
Meta l-baħar jofroħu r-riħ
idur,
tkun waslet mewġa kbira li
trid tkaxkar
u ġġorr magħha dak kollu li
nafuh,
dak kollu li tgħallimna,
dak kollu li bnejna u li hu
sabiħ,
dak kollu li ħsibna li xi
darba kien is-sewwa.
Meta l-baħar jofroħ u r-riħ
idur,
tkun ġejja maltempata li ġġorr
magħha
it-toroq ta’ din l-art u l-bini
tagħha,
sabiex minflok jittella’
bini ġdid
fejn kull sular
ikun it-togħma ta’ Ġnien
il-Għeden
u flok it-taraħ kif nafuh
ikollna axxensur li jwassal
sas-smewwiet.
Imqar jekk is-smewwiet mank
għadhom jidhru
jew issa sibna li wara
x-xefaq
hemm sema isbaħ minn dak li
qed jgħattina.
Alfred Grech
17.02.2019
No comments:
Post a Comment