U mqar li Kieku.
U mqar li kieku lanqas ġejt
għal-
laqgħa tagħna jien xorta
nibqa’ kont nixtarr
id-dehera ta’ wiċċek bajdan
u l-kontorni ta’ ħaddejk
bħallkieku kont xi parrina
qed tfissidni
u tgħidli: kollox sewwa.
U lanqas kont nistaqsi jekk
din kienetx din it-triq
li t-tnejn li aħna kellna
nterrqu,
Għax int li ġejt mill-bogħod
għadek trid issib il bejta
tiegħek.
Idejk bojod u ċari u
titttrasmetti t-trasparenza
ta’ dea fulminanti.
Jien nista’ noqgħod hawn
imxaħxaħ
fid-dinja li qed tarmi u
nħoss li tlajt il- fuq l-ogħla quċċata.
Għajnejk jinfduli ruħi
daqs l-isqra li sabu l-vimmi
tagħhom il-fuq, il fuq mis-sħab
u t-tbissima tiegħek terġa’
tniżżilni ġol-abbissi mnejn ghad irrid nirxoxta nerġa
simulakru ieħor mitluf
fil-kliem u fid-diskors
tal-ħajja ta’ kulljum.
Ferħan li qed hawnhekk
it-tnejn li ahna mgedddsin
fuq dawn il-metri ta’ mejda tal-kafe’
u biex tridni nghidlek
ergajt hassejt l-imbuttatura
ta’ dil il-molla
daqslikieku kienet l-ewwel
darba;
Ghada nerġa nċempillek
biex tghidli fejn tkun
qiegheda.
Alfred Grech
09/02/2019
No comments:
Post a Comment