Lil Mikiel Anton Vassalli
Sunett.*
M’għadux ġo
qabrek jifraħ l-għadam tiegħek,
U xejn ma
jiswa’ llum it-tifħir tagħna,
għax
ħsiebek u ħidmietek, l-għelm minn tiegħek
Malta,
maltija nsiet għax qed tistagħna.
Min ried itik
fuq wiċċek u żarma driegħek
magħna m’għadux,
minflok titrabba qiegħda
ġenerazzjoni
ġdida li trid tmiegħek
dak
kollu l’hu għażiż u għamlet wegħeda
Li tegħereq fit-tmattir tal-opulenza,
Insejna dak
li lilna ġens jagħmilna,
l-ilsien,
twemmin, l-għaqal u l-prudenza,
U ngħumu
bdejna fejn mank biss jilħqilna
mal-pixxiplamti,
l-ilpup tal-affluwenza,
u nħottu kull ma bnew dawk ta qabilna.
Alfred Gech
03.02.2019
B’apoloġija li Gorġ Pisani.
No comments:
Post a Comment