Ħallejtek tiġri u timnraħ.
Ħallejtek tiġri u
timraħ
Xħin xtaqtek kont
fil-qrib
Emmint dak li
kont għidli
U f’dak li xtaqt
insib.
Imdendel kont
minn xagħra,
U qatt ma kont
kurjuż
Nistaqsi x’kont
qed tagħmel
Li kien tassew
dubjuż.
U sirt
ekwilibrista,
Niggranfa ma
grampun,
Nitgħawweġ u
nitkaxkar,
Mirfus taħt
iż-żarbun.
Noxxilla mbagħad
bħal pendlu,
Ta’ ħsiebek
il-konfuż,
Niżżerżaq fuq
żurżieqa
Ta’ lsienerk
malizzjuż,
Imbiddel il-bandiera,
Indur daqs xi
pinnur,
Kull meta jitla’
l-ajru
U tbiddel
il-kulur.
Imbagħad xħin
xbajt nistenna
Għax inti bqajt
ma ġejtx,
Xi ħadd fetaħli
moħħi
U fhimt, biex
bqajt m’ għalejtx.
Alfred Grech
03/08/2016
No comments:
Post a Comment