Tuesday, 16 August 2016




Jien Naf li Kemm il-Darba Ridt Niltaqgħu.


Jien naf li kemm il-darba ridt niltaqgħu
U jien staqsejt sa fejn għad trid twassalni,
Dit-triq li tidher tixbaħ lill-kull waħda
Li ġiet qabilha. Għidli ftit hux bħali
Tistenna terġa’ u tagħmel mistoqsija
Mistoqsija li għandha minn tas-sewwa
Jew dak li ma jidhirx xħin terġa’ lura.
Għax jista’ jkun ukoll li jekk niltaqgħu
Jinfetaħ il-kanċell ta’ ġenna ġdida
U hekk għal dak li jista’ jkun, niltaqgħu.

Alfred Grech

16/08/20116

No comments:

Post a Comment