Mhux Dan Inkun Irrid.
Mhux dan inkun
irrid
Li nieħu ħsieb ta’
ħdejja,
U lanqas ħsieb
tal-kotra
Għax tibqa’ dik
għaddejja.
Għax mhux dan ħlief
duħħan
Jissarraf fi
kburija.
Li bih il jien
jinċensa,
Jimtela’
bil-foħrija.
L-inċens li bih
infaħt
L-allat tal-karta
pesta,
U dawk ta’ fuq
il-mambar
Li bihom jagħmlu
festa.
Mhux dan li jien
fittixt
Li jkolli
pożizzjoni,
Biex nara lil ta’
taħti
Bħal nemel f’purżissjoni.
Alfred Grech
13/08/2016
No comments:
Post a Comment