Lil Sunta.
Hemm min jitla’
sal-quċċata
Jieħu gost għax elevat,
Hemm min jidħol f’monasteru
Biex jispiċċa
kkunsagrat.
Min fid-dlam
tal-lejl jinħeba
Jew jinħela
jgħaddi ż-żmien
Min f’deżert
issibu miexi
U ma jasal qatt
imkien.
Hemm imbagħad
minn lilna jixbaħ’
Illi l-ikraħ mas-sabiħ,
Jaf iħallat ħewwa
l-borma
Qatt iż-żmien ma
jagħmel biħ.
Alfred Grech
24/07/2016
No comments:
Post a Comment