Il-lejla Ġie Jħaddanni
Il-lejla ġie
jħaddanni
Il-bogħod ta’
bejni u bejnek,
Għax naf
l’għalkemm nitmattar,
Ma nasal qatt sa
fejnek.
Il-lejla ġie
jifridna
Għaliex
m’għadniex flimkien,
Għalhekk
in-nuqqas tiegħek
Mhux biss
fl-ispazju u żmien.
Int mort lil hinn
mix-xefaq,
Fil-baħħ
tal-infinit,
Lil hinn minn dik
ix-xatba
U ż-żmien sar
issa ftit.
Alfred Grech.
12/08/2016
No comments:
Post a Comment